Sister Jo Anne Kelly titkellem dwar il-formazzjoni ghall-Missjoni MMM

Formazzjoni ghall-Missjoni

Minn Sister Jo Anne Kelly MMM

Illum, meta tfajla turi interess li tinghaqad mal-MMM, tkun ga ilha f'kuntatt maghna ghal zmien twil qabel ma tibda tghix bhala parti mill-komunità. Dan ikun zmien li jiehu mill-inqas sena; tghid Sister Jo Anne Kelly, li kienet wahda mid-Direttrici tal-Vokazzjoni fin-Nigerja. Hija damet involuta fil-Formazzjoni ghall-Missjoni ghal iktar minn 30 sena. Il-bicca l-kbira tal-MMM li llum huma missjunarji mghobbija bl-esperjenza fin-Nigerja, ghaddew kollha f'xi zmien jew iehor mill-influwenza ta' Sister Jo Anne.

jo_anne_kelly1aFl-ewwel passi bi thejjija, it-tfajla ssir tafna u ahna nsiru nafu lilha. Dan isir kollu permezz ta' ittri u zjajjar li hija taghmel lill-komunità taghna. Ikollna wkoll aktarx stedina fid-dar taghha, u fuq il-post tax-xoghol jew tal-istudju. Imbaghad darba tfajla tiddeciedi li tibda tghix il-hajja tal-Missjunarji Medici ta' Marija, din tkun ghazlet li tqieghed l-MMM bhala l-ewwel familja taghha. Filwaqt li dan ma jbeghedhiex mill-familja naturali fuq il-livell emozzjonali, mhux l-ewwel darba li jkollna nghinu lill-genituri jifhmu l-ghazla li binthom tkun qed taghmel. Nghinuhom jifhmu wkoll li l-MMM hajjitna fiha hafna insigurtà, kultant hafna periklu, u lesti wkoll li mmorru fejn ikun hemm il-gwerra u f'postijiet ta' inkwiet.

Xi haga ohra li hu tant mehtieg li jifhmu specjalemnt familji mill-Afrika hi li bhala missjunarji ahna nindifnu fil-post fejn immutu. Inkunu tassew immoru kontra l-kultura tal-post meta ninsistu dwar dan, u xi familji jibqghu jsibu dan tassew difficli, ghax imur kontra t-tradizzjoni taghhom.

Ghax il-hajja MMM mhix wahda facli!

Jekk it-tfajla tiddeciedi li ghadha trid li tinghaqad maghna, din tigi u tiehu sehem f'irtir, flimkien ma' ohrajn, fejn tisma' hafna fuq il-hajja MMM. F'dan lirtir issib ghajnuna minn xi Sorijiet ta' esperjenza u ta' xi ohrajn li huma iktar zghazagh. Meta t-tfajla li tkun qed taghmel l-irtir u min ikun imexxiha jkun jidhrilhom li hija lesta, issirilha l-intervista minn grupp maghzul. Ikun hemm uhud li jsibu din ftit iebsa. Proprju ghax il-hajja MMM mhi xejn facli, u rridu nghinu lil min ghadu jibda biex jifhem dan mill-bidu. Din tkun mitluba wkoll iggib certifikat mediku recenti kif ukoll iehor mill-psikjatra. Dan isir tista' tghid minn kull komunità religjuza. Ikun hemm ukoll min jasal sa hawn u ma jkomplix.

Naturalment id-differenza hi kbira bejn id-dinja u l-istil ta' hajja ta' tfajla llum u dak ta' meta bdejt jiena f'dan ix-xoghol. Dak iz-zmien kien hemm dixxiplina izjed fil-familji, il-hajja tal-familja kienet iktar soda, u kien hemm problemi inqas dwar il-valuri fis-socjetà. Illum iz-zghazagh isibuha tqila izjed biex ikunu jafu x'direzzjoni se jaghtu lil hajjithom. Dan kollu juri kemm hu importanti ddixxerniment halli jsiru jafu humiex tassew x'qeghdin ifittxu: jekk hux li jaghtu hajjithom lil Alla, jew iktar sigurtà ghal hajjithom, jew forsi opportunitajiet ghal iktar edukazzjoni, ecc. Jiena nahseb li tfajla li taghzel il-hajja religjuza llum hija wahda vera kuragguza, ghax trid tkun differenti minn shabha dwar l-istil ta' hajjitha, u dwar l-ambizzjonijiet u l-motivazzjonijiet taghha.

Li nfittxu ahna fit-tfajliet li jigu ghandna hija l-impenn li jinghataw lil Kristu, ftit idea tal-missjoni ta' Gesù u gibda lejn il-missjoni MMM - il-missjoni tal-fejqan. Ahna nfittxu dik il-gibda tahraq ghal dawn l-ghanijiet, ghallinqas f'certu livell. It-tfajla trid turi wkoll li tifhem xi ftit x'jigifieri sagrificcju, u li dil-hajja twasslek biex thalli tant hwejjeg warajk ghal kollox.

Ahna nfittxu persuna mimlija bil-ferh, libera bizzejjed li tista' taghmel din ilghazla. Ma nghidu xejn, fil-gejjieni trid tikber ukoll f'din il-libertà. Dan hu bejn wiehed u iehor il-programm ta' formazzjoni li nibdew bih.

X'inhu li jaghmel is-sejha MMM wahda sabiha?

Forsi tistaghgeb x'inhu li jigbed it-tfajliet li jaghmlu sagrificcju bhal dan illum. X'hemm fl-MMM li jgeghelhom jingibdu lejha?

Is-sejha t'Alla dejjem misteru kienet. Iz-zghazagh huma nies generuzi, u jridu jaghtu hajjithom 'l Alla u lill-ohrajn. Hemm fihom ix-xewqa li jkunu ta' ghajnuna lil min ikun inqas ixxurtjat. Hafna ma humiex kuntenti bid-dinja kif inhi - kif il-fqar huma daqshekk fqar, u kif hawn tant tbatija - u jixtiequ jaghmlu differenza fil-hajja. Jaraw li l-MMM taghtihom dan ic-cans li jinvolvu ruhhom b'mod mimli sens.

Fin-Nigerja, meta tfajliet jigu fil-komunità taghna, ikunu aktarx gejjin minn sfond tradizzjonali kemm f'dik li hi Knisja u kemm f'dik li hi kultura. Fl-ewwel sena tal-programm ta' formazzjoni, meta nibdew xi elementi dwar l-izvilupp uman, dwar l-izvilupp personali, dwar l-uzu tal-Bibbja b'mod differenti minn dak li jkunu mdorrijin bih, u kif jirrelataw ma' Alla b'mod gdid, gie li jkollhom jibdlu l-mod kif jahsbuha ta' taht fuq. Jibdew iharsu b'mod gdid lejn id-dinja, lejn Alla u lejhom infushom.

Entusjazmu

F'din l-ewwel sena, kwazi dejjem jibdew b'entusjazmu tassew kbir, u b'hafna ferh f'din l-iskoperta gdida. Jiena ma inix kapaci niddeskriviha. Donnu kull wahda minnhom qed tinfetah ghal xi haga li qatt ma setghet tghaddilha minn rasha. Li tghid li qed jinfethu quddiemhom orizzonti godda mhux bizzejjed. Filfatt it-tfajla tkun qed tinfetah b'mod gdid ghal Alla, ghaliha nfisha, ghall-ohrajn u l-htigijiet taghhom. Dan jigri b'modi differenti lil kull persuna u f'livelli differenti, u tista' tiswielha glieda qalilha u wgigh biex tasal sa hawn. Dana jinvolvi riflessjoni qawwija fuq il-Bibbja u fuq il-hajja, dwar x'inhu jigri fik, filgurnata tieghek, fil-Bibbja, u f'dak li qed jghid Gesù u x'ikun qed jaghmel f'hajtek.

Ladarba jinghaqdu mal-komunità, it-tfajtiet jidhlu responsabbli ghat-tmexxija tad-dar, jiehdu hsieb tal-kontijiet, ix-xiri, it-tisjir, it-tindif tad-dar, ilmanutenzjoni, kif ukoll tal-farm. Ikollhom ukoll sighat itwal ta' apostolat - jew f'wiehed mill-isptarijiet jew klinici taghna, jew f'xi aspett iehor tal-hidma li naghmlu ahna. Dak izommhom qrib il-fqar u ta' dawk fil-bzonn. Ikun cans millisbah biex jirriflettu dwar l-esperjenza taghhom u dwar l-effett li din thalli fuq hajjithom.

Hemm ukoll hidma fi gruppi. Dan jinkludi waqtiet ta' talb, qari spiritwali, bibbja, taghlim baziku ta' katekezi u edukazzjoni nisranija li tapprofondixxi lfidi u r-relazzjoni ma' Alla. Ikun hemm introduzzjoni ghall-hajja religjuza, listorja tal-MMM, u sforz biex nifhmu ahjar il-karizma u l-isfida missjunarja specifika li ahna nhaddnu.

Il-hidma tal-gruppi tinkludi wkoll evalwazzjoni ta' xulxin. Matul il-kors filprogramm ta' formazzjoni, iz-zghazagh jigu mrawma jiffaccjaw lil xulxin u jisimghu dak li jkunu jghidu lil xulxin. Fl-istess hin jassessjaw lilhom infushom. Dawn it-tfajliet ghad ikunu l-mexxejja ta' diversi hidmiet li jridu jwettqu l quddiem. F'dil-formazzjoni tal-bidu jinkixfu min huma l-leaders di natura, izda wiehed irid jinkoraggixxi lill-ohrajn ukoll. Xi hila ta' tmexxija hemm f'kulhadd. Ghalija li kont involuta f'dan ix-xoghol din kienet meravilja. Iktar minn haga ohra, ghalija kienet sfida biex nghix dak li nghallem. Kienet l-ikbar rigal li rcevejt jiena biex nikber jien ukoll.

Search...