Sister Marian Scena titkellem dwar il-passatemp taghha

Il-passatemp tiegħi hu li Nosserva l-Għasafar.

minn Sister Marian Scena

marian_scena_tanzania1sm"X'lewn għandu r-rix ta' għajnejha, Marian?" staqsiet waħda mis-Sorijiet MMM - bi tbissima u bi ftit sarkażmu! Ftit intebħet kemm kien importanti r-rix ta' fuq għajnejh biex għasfur tagħrfu, kif kont qed nipprova nagħmel jien. Meta jmissek tosserva l-għasafar issib min ma jifhmekx!

Aħna sa minn meta konna tfal kellna bird feeder quddiem it-tieqa tal-kċina tagħna, u l-mamà kienet tobb turina diversi għasafar li li kienu jiġu jieklu minnha. L-għasafar minn dejjem kienu jsaħħruni, imma kont għadni qatt ma nvolvejt ruħi fihom qabel ma ġejt it-Tanzania, fejn il-varjetà u s-sbuħija tal-għasafar li hawn hija xi ħaġa tal-għaġeb.

Malli ksibt tromba l-ewwel darba, bdejt kull darba neħel magħha! Imbagħad fl-1991 iltqajt ma' koppja li kienu jaħdmu f'Singida, u li introduċewni ma' Liz u Neil Baker - kienu koppja Ingliża li jaħdmu fit-Tanzania, u kienu qed jiffurmaw Atlas tal-Għasafar tat-Tanzania. Hekk kif iltqajt magħhom, interessatni l-osservazzjoni tal-għasafar, u darba fix-xahar konna mmorru flimkien nosservawhom; konna wkoll nieħdu noti fuq kull għasfur li jkun ġie matul ix-xahar. Li jfisser kelli nieħu nota ta' fejn narahom, kemm kienu, ta' liema speċi huma, u jekk kinux qegħdin jibnu l-bejta jew le.

Bħali jkunu jagħmlu ħafna dilettanti oħrajn minn madwar il-pajjiż kollu, biex kulma jidħol jinġabar għal dak li 'l quddiem ikun il-Bird Atlas. L-għasafar fihom passatemp sabiħ - bil-għan wieħed li tapprezza u tistagħġeb bil-ħbieb li għandu tant minnhom il-Mulej imlibbsa bir-rix. Iżda li tikkontribwixxi fl-istess ħin għal dan l-Atlas tal-Għasafar meta jkun ippubblikat kien inċentiv ieħor għalija.

Din li nosserva l-għasafar qed tgħinni b'mod tal-għaġeb fil-ministeru tiegħi ta' tabiba, li hija ħidma li titlob minni ħafna attenzjoni u ħin. Ukoll meta ma nsibx il-ħin biex nieqaf bil-karti f'idejja, xorta nosserva tant għasafar differenti, bħal jiena u sejra lura d-dar mill-isptar wara ġurnata ta' ħidma sfiqa.

Naħseb li l-fatt li jiena tabiba u fl-istess ħin tgħallimt nosserva sewwa u bir-reqqa, lili għinni nara tajjeb l-aspetti varji ta' għasfur biex nidetifikah tajjeb.

L-osservazzjoni tal-għasafar hu għajn għalija li tgħaqqadni ma' Alla fit-talb tiegħi; nagħmel ħin nistenna, u ma nkunx naf jekk inkunx se nesperjenza 'l Alla jew xħin, imma nħossni mimlija ħajr għal kulma jogħġbu jibgħat iżurni. Dak il-ħin inkun fil-kwiet, nistenna, ma nafx x'se nsib quddiemi. Kultant, bħal meta ma jkollix aptit nitlob, ma nara ebda għasfur. Iżda kemm-il darba jkolli sorpriżi sbieħ u niltaqa' ma' għasfur li qatt qabel ma rajt bħalu, jew nagħraf xi mġiba ġdida tiegħu. U kull darba nsib ruħi qed infaħħar 'l Alla għall-ġmiel tal-ħolqien ta' madwari u għall-ħbieb tiegħu mlibbsa bir-rix. L-għasafar u t-talb imorru ħafna flimkien.

Dejjem insib ruħi attenta għall-għasafar kulfejn immur. Dan jagħmel it-toroq twal minn post għal ieħor ħafna iqsar u ferm isbaħ. Nitlef ħafna minn dak li nara, għax rari nitlob is-sewwieq jieqaf biex nosserva aħjar u "nieħu nota", imma xorta jirnexxili nidentifika daqs 25% tal-għasafar li niltaqgħu magħhom fit-triq.

Darba fix-xahar, meta jkolli ġurnata free, nimxiha sad-Diga Mianji li hemm fil-qrib. Teħodli minn 5 sa 7 sigħat jekk neħodha bil-mod. F'jum bħal dan nosserva 'l fuq minn 50 razza ta' għasafar iduru madwar id-Diga, u bejn 10 u 15 oħra matul it-triq. Sa issa ltqajt ma' 498 speċi differenti fit-Tanzania. Minnhom, 122 kienu fl-inħawi tal-Isptar Makiungu. Nistagħġeb b'dil-varjetà ta' għasafar li jżuruna madwar id-Dar tagħna. Sa issa ma kellix iċ-ċans li ngħodd ukoll il-Lista Sħiħa ta' speċi differenti li ltqajt magħhom f'pajjiżi oħra fejn kont xi darba.

tanzania_birds1Kull min kapaċi jara u jisma' jista' jkun osservatur tal-għasafar. Min ikun naqra enerġetiku u avventuruż jara iktar, imma lanqas hi kwistjoni ta' enerġija. Imqar jekk tkun marbuta ma' siġġu bir-roti tista' tgawdiha d-dehra u l-għanja sabiħa tal-għasafar. Jista' jkun biss passatemp ta' kultant, jew ta' kuljum. Imma nittama li ftaħtlek tajjeb l-aptit biex tiskopri s-sbuħija ta' Alla fil-ħbieb tagħna mlibbsa bir-rix.

Tliet Sturnelli l-Ġmiel Tagħhom. Tan-nofs għadu żgħir. Ma għandux l-għajnejn imdiehba, lanqas il-faxx abjad fuq sidru.

Search...