Mistoqsijiet dwar il-vokazzjoni ta Soru MMM

Inwieġbu l-mistoqsijiet tagħkom...

Jekk għandek xi mistoqsija dwar il-vokazzjoni ta' Soru MMM ikkuntattjana hawn u tirċievi risposta personali.

Anna trid tkun taf...

X'differenza hemm bejn ħajja ta' Soru MMM u voluntiera jew tabiba lajka f'pajjiż li qed jiżviluppa, jew ħaddiema NGO?

aeriel_view_of_chiulo_crop1Anna, ħafna jagħmluha dil-mistoqsija! Soru MMM tikkommetti ruħha għal ħajjitha li tgħix f'komunità reliġjuża u li tħaddem it-talenti li għandha fix-xogħol u l-post fejn l-iktar ikunu meħtieġa. Tisma' lil Alla jagħmlilha l-istess sejħa bħalma għamel lil Abraham: 'Ħallil lil artek u mur fl-art li nurik jien.' Il-voluntiera huma xi ħaġa sabiħa, imma xi ħadd irid ikun hemm għall-biċċa xogħol il-kbira. Is-Sorijiet imorru f'poplu, u jgħixu miegħu, jgħinuh biex isir kapaċi jmantni lilu nnifsu u jibqgħu hemm sakemm ma jkunx hemm bżonnhom iktar. Billi s-Sorijiet jagħmlu parti minn komunità, ma jkollhomx għalfejn iħabbtu rashom li jkollhom impjieg f'art twelidhom, jew polza ta' sigurtà jew impjieg għal għomorhom, u lanqas li jħabblu rashom mill-pensjoni!

Anna tixtieq taf iżjed...

Soru tibqa' fl-istess pajjiż għomorha kollu?

archbold-c2Jiddependi, Anna. Xi Sorijiet damu fl-istess pajjiż għexieren ta' snin, u kienu jżuru pajjiżhom biss darba kull sentejn jew tlieta biex jieħdu ftit mistrieħ. Iżda ċ-ċirkustanzi dejjem jistgħu jitbiddlu, u s-Sorijiet jistgħu jintbagħtu f'pajjiż ġdid. Li tagħti l-aħħar tislima lil art fejn tkun, u tkun libera li tibda ħidma f'oħra, qatt ma kienet faċli. Lanqas il-proċess tal-bidla ma jkun jsir f'daqqa. Biex tgħaddi mill-bidliet tal-ħajja dejjem trid l-għajnuna u s-sapport, tkun Soru jew ma tkunx! F'dan ir-ritratt tara lil Sister Brigid Archbold mill-Irlanda li għaddiet fuq 45 sena fl-Angola u ma tixtieq tkun imkien iżjed!

Lucy tistaqsi dwar il-ħajja spiritwali...

Il-ħajja spiritwali tagħkom kif tgħinhom l-MMM fil-ħidma li jagħmlu?

prayer-crop2Grazzi li staqsejt, Lucy! Aħna r-rabta tagħna hi ma' Kristu, għax hu li jsejjaħ lil kull Soru għas-sejħa tagħha. Dan hu li jsuqna. Waqt li nkunu dejjem sejrin fi professjonijiet relatati mas-saħħa, ikollna wkoll il-ħin għat-talb kuljum, kemm weħidna u kemm fil-komunità flimkien. Huwa f'dawn il-waqtiet ta' skiet li nsibu s-saħħa li nġeddu l-għotja tagħna lil Ġesù u li fihom insibu s-sigurtà f'sitwazzjonijiet li ħafna drabi jitolbu ħafna minna u forsi wkoll perikolużi.

Nadia tixtieq taf kif inqattgħu l-ġurnata...

Kif tqatta' l-ġurnata Soru fil-ħajja ta' kuljum?

sunset_angola_smallNadia, insellimlek, ... mhix ħafifa ngħidlek kif tkun ġurnata ta' Soru, għax il-ħin kollu tvarja! Fl-Afrika u fl-Amerika Latina l-ġurnata tibda kmieni ħafna - ħafna drabi jiddependi mill-ħin tal-Quddiesa fil-knisja tal-lokal. Tista' tkun fis-6.00 a.m. jew qabel. Wara l-kolazzjon tibda tara lil kulħadd iħaffef għax-xogħol tiegħu jew għall-istudju. Fil-parti ta' fuq tad-dinja jisbaħ ftit iktar tard, jekk ma tridx tiskappa t-traffiku jew tasal l-ajruport kmieni! Fl-Afrika hemm id-drawwa li wara nofsinhar tieħu nagħsa, meta x-xemx tkun tisreġ, u tintefa' għax-xogħol mill-ġdid meta s-sħana tbatti. Tkun xi tkun il-ġurnata tax-xogħol tagħna, ix-xemx fi nżulha ssejħilna lura flimkien għat-talb ta' filgħaxija, min jista' jattendi. It-tħejjija ta' din il-liturġija tista' tkun ħaġa kreattiva ħafna, l-iktar fejn jidħlu ż-żgħażagħ fil-komunità, bil-kitarri tagħhom, bid-drums u l-kastanjoli. F'xi festi speċjali stenna li jinkludu ż-żfin mal-movimenti liturġiċi, u xi azzjonijiet simboliċi. Is-salmi s-soltu nkantawhom, u xi drabi jingħadu fis-skiet jekk il-membri jkunu ikbar fiż-żmien.

Raquel tixtieq taf jekk ikunx hemm ħin għall-passatempi personali...

Is-Sorijiet ikollhom passatempi u interessi personali, minbarra x-xogħol u t-talb?

birds-crop1Iva, Raquel, da żgur li jkollna. Fil-fatt, kull Soru hija nkoraġġita li jkollha xi interess ieħor barra mix-xogħol tagħha. Issib ħafna Sorijiet li jħobbu l-arti u s-snajja' jew crafts ta' kull tip. Xi wħud togħġobhom il-fotografija - għalhekk ikollna ħafna ritratti sbieħ fuq is-sit elettroniku tagħna! Oħrajn veru tajbin għal arranġament tal-fjuri. Hemm oħrajn iħobbu l-mużika - dawk b'ħila mużikali u li jdoqqu xi strument jiswew ħafna fil-komunità. Hemm ħafna fejn tiżviluppa f'dan ir-rigward barra l-ħidma ta' fejqan .Sister Marian Scena, mill-Istati Uniti, hija tabiba ħabrieka fit-Tanzania. Hija saret tassew esperta fejn jidħlu għasafar. Hija tikteb 'kif il-passatemp hu vantaġġ għalija fil-ħidma proessjonali'.

Elizabeth tgħid li ma tafx sew l-MMM x'jagħmlu...

X'inhi sew il-ħidma tal-MMM? Għad ma għandix ideat ċari dwarha.

nigeria_gusorro_felicitas5_smMa nistagħġibx, Elizabeth, għax is-sejħa u l-missjoni MMM għandha ħafna faċċati mnejn tħarsilha. Jekk tidħol fis-sit elettroniku tagħna u tara x'qed nagħmlu pajjiż pajjiż, issib x'varjetà ta' ħidmiet inwettqu biex nilħqu l-bżonnijiet tas-sitwazzjonijiet lokali tant diversi! Il-kura tas-saħħa, u l-iktar fost l-ommijiet u t-trabi, tieħu prijorità fl-MMM. Fil-prattika dan ifisser li jew taħdem fi sptar jew f'ċentru tas-saħħa, li jistgħu wkoll ikunu ċentri mibnija madwar il-parroċċa - bħal fil-Brażil u fil-Honduras. Ngħidu wkoll li, minbarra l-ħidma fil-mediċina, ħafna Sorijiet ikunu involuti fl-amministrazzjoni f'xi livell jew ieħor. Meta mmorru f'lokal ġdid, nisimgħu lin-nies tal-post ikellmuna fuq il-bżonnijiet tagħhom u ninvolvuhom f'survey bażiku biex naraw liema triq jaqbel li naqbdu. Is-soltu nagħżlu l-iktar nies fil-bżonn, biex nimlew il-vojt bejn il-gvern u l-NGOs. Nippruvaw inkunu inventivi kemm nistgħu. Li jfisser li mmorru f'postijiet u f'ħidmiet li ma fihomx prestiġju! Ir-ritratt ta' hawn juri lil Sr Felicitas, MMM min-Nigerja, wara li rċeviet sejħa fi nżul ix-xemx biex iżżur tarbija li kienet għadha kemm twieldet, ġo villaġġ fin-Niġerja ta' Fuq. Wara li daret bl-omm u t-tarbija, in-nies bdew iġibu ħafna iżjed tfal b'xi mard, biex tagħtihom il-parir tagħha.

Kate tistaqsi dwar taħriġ professjonali ...

Jien irid ikolli t-taħriġ mediku jew fin-nursing biex ningħaqad mal-MMM? Jagħmlu differenza xi kwalifiki jew degrees ikolli?

aror_bridie_sick_child_sm2Le, Kate, mhux neċessarju li jkollok il-kwalifiki professjonali qabel tingħaqad mal-MMM. Irid ikollok standard tajjeb ta' marki fl-eżamijiet finali tal-livell sekondarju f'pajjiżek, iva. B'danakollu, ħafna min-nisa li jidħlu fl-MMM ikunu ġa għamlu xi snin f'karriera. Bħalissa, l-età medja ta' dawk li jingħaqdu magħna hija ta' bejn il-25 u s-26 sena, imma xi wħud huma ikbar jew iżgħar fl-età. Ħafna minn dawk li jingħaqdu mal-MMM ikollhom il-kwalifiki bażiċi fi professjonijiet tal-kura tas-saħħa, u xi wħud anke jkun avanzati f'dawn il-kwalifiki. Ikollna wkoll nisa bi kwalifiki fil-business u fl-IT, fil-catering, fix-xjenzi soċjali, fit-teaching, teoloġija, eċċ. Hemm xogħol għalihom ilkoll fl-MMM! Sister Bridie Canavan, li tidher fl-istampa, daħlet fin-Novizzjat tal-MMM fl-Irlanda, u wara l-ewwel professjoni kkwalifikat bħala nurse u midwife. Ir-ritratt tagħha kien meħud fil-Kenja, fejn in-nies jippreferu joqogħdu għad-dell ta' xi siġra, imbagħad jidħlu ġewwa għall-lejl.

 

Christina tistaqsi fuq il-voti reliġjużi...

Liema voti jieħdu s-Sorijiet, u x'vantaġġi hemm li ma jkollokx familja u lanqas proprjetà?

uganda_kitovu_maura_lynch_operating_smKemm hi mistoqsija importanti din, Christina! F'ħajja normali adulta jkollok ħafna libertà biex tagħżel fejn tmur u ma' min se tqatta' ħajtek, imma tista' wkoll issib ruħek marbuta bl-impenji familjari. Permezz tal-voti ta' ħajja ċelibi, faqar u ubbidjenza, is-Soru tkun lesta li tmur kull fejn ikun hemm il-bżonn. Suppost li ma jkollha xejn materjali li jżommha, biex tivvjaġġa b'ħeffa u tmur malajr fejn titlob is-sejħa tagħha, tgħix biss fuq allowance ċkejkna personali. Sister Maura Lynch, li tidher hawn, hija kirurga b'ħafna snin ta' esperjenza fl-Angola u, iktar qrib lejna, fl-Uganda. Li kienet qed tipprattika privat, kieku dawk li qed tikkura ma kien ikollhom qatt flus biex iħallsuha. Iżda hi, minflok, ħadet l-inkarigu li twaqqaf Unit speċjalizzat fil-fejqan tal-Obstetric fistula - problema li ħafna nisa fil-kampanja Afrikana jbatu minnha. Sister Maura iffukata bis-sħiħ li tgħin nisa b'dil-problema, u ftit u xejn tħabbel rasha fuq lussu personali!

Renata tistaqsi dwar il-ħajja fil-komunità...

Liema obbligi hemm lejn il-komunità? X'vantaġġ fiha li tkun f'komunità? Liema sapport tieħu minn komunità?

felicia_muoneke_anastasia_essien_crop_smallL-istess bħal f'kull familja. Fil-komunità, is-Soru ssib id-dar tagħha, post fejn tagħmel il-ħbieb, fejn issib l-għajnuna, kif ukoll il-mistrieħ. Għal dan trid tħallas prezz ukoll - inti qiegħda hemm għall-oħrajn, titlob magħhom u toffri magħhom ospitalità lil kull min jiġi jżurkom. Is-Sorijiet jaqsmu bejniethom kulma jaqilgħu, flus u oġġetti. Fil-komunità jagħtu kas ukoll tal-bżonnijiet u l-preferenzi tal-individwi. Dan jitlob minna spirtu ta' ġenerożità. Iż-żewġ Sorijiet li jidhru hawn huma fin-Niġerja: Sister Felicia (fuq ix-xellug) hija tabiba, u Sister Anastasia hija Business Administrator. Il-varjetà fil-ħidma fejn is-Sorijiet ikunu involuti żżid mas-sabiħ tal-ħajja komunitarja.

Renata trid tagħmel mistoqsija oħra...

Huwa iebes li tgħix f'komunità?

nigeria_christine_gill_smIva u le, Renata. Il-ħajja komunitarja, bħal kull ħajja oħra, għandha s-sabiħ u l-ikrah. Fis-sabiħ, għandek kumpanija tajba, li tifhmek, li taqsam miegħek is-sens ta' xi trid mill-ħajja. Dejjem hemm xi ħadd li tista' tgħin meta l-ħajja tagħtih fuq wiċċu. Aħna nippruvaw ngħixu f'komunitajiet inter-kulturali - xi ħaġa li tagħmilna għonja, imma li tfisser ukoll li ridu nitgħallmu x'inhu importanti f'kulturi oħra, x'ikel iħobbu, x'mużika jħaddnu, u l-bqija. Fuq in-naħa l-kerha, dan jitlob ukoll ħafna sabar inti u tisma' u taċċetta d-differenzi, bir-rieda li toħroġ barra miz-zona li hi 'komda' għalik, minn dak li hu tradizzjonali u familjari, u tiġġebbed għal dak li hu iktar importanti għall-oħrajn. Is-Sorijiet MMM jimxu fuq ir-regola bażika ta' San Benedittu, li hi waħda tolleranti ħafna. Per eżempju dan jgħid li għall-ikel ikun hemm żewġ dixxijiet, biex min ma jogħġbux wieħed, jieħu mill-ieħor - b'rispett lejn min huwa differenti. Ir-ritratt ta' hawn fuq juri lil Swor Christine Gill, fin-Niġerja, hi u taqbad triqitha bil-'klinika mobbli' tagħha qalb il-poplu nomadu Fulani. Meta jasal filgħaxija u terġa' lura, tmur tieħu shower li taħdem bl-enerġija solari. Imbagħad, wara t-talb ta' filgħaxija, huma u jieklu hi u sħabha jaqsmu l-esperjenzi tal-ġurnata, bl-avventuri u l-problemi li sabu matul il-jum.

Natalia trid tkun taf għaliex xi Sorijiet jilbsu l-velu...

F'art twelidi, fil-Polonja, hemm Kongregazzjonijiet fejn is-Sorijiet jilbsu l-velu u oħrajn li ma jilbsuhx. Hu ċar, min jilbsu u min le. Mis-sit elettroniku tagħkom jidher li fil-każ tagħkom xi wħud jilbsuh u oħrajn ma jilbsuhx. Tista' tfissirli ftit?

florence-gladys-smallBiex tkun taf, Natalia, sa ftit snin ilu kull Soru kienet tilbes il-velu, imma llum jekk trid. Kull Soru tiddeċiedi hi. Imma aħna nagħtu kas ħafna ta' x'jistennew in-nies li ngħixu magħhom, u fejn ikun jaqbel hekk, ilkoll jilbsu l-velu meta jkunu fuq xogħol jew joħorġu barra. F'okkażjonijiet uffiċċjali, nilbsu libsa griża sempliċi, imma mhux uniformi. Fl-Afrika din tista' tkun bajda minn fuq sa isfel. Nilbsu wkoll simbolu tal-Viżitazzjoni, fejn Marija żżur il-kuġina tagħha Eliżabet biex tgħinha waqt it-tqala tagħha. Dan jista' jkun tal-fidda, jew inkella maħdum mill-qoxra tal-ġewż min-nies tal-post. Kull Soru tirċievi ċurkett lixx tad-deheb waqt iċ-ċerimonja meta tagħmel il-professjoni finali tagħha. Iżda f'xi artijiet, l-iktar fl-Amerika ta' Isfel, is-Sorijiet jagħżlu li jilbsu ċurkett iswed lbiex jissimboliġġa l-impenn tagħhom lejn il-foqra u lejn l-ambjent fejn ikunu. Dan iwieġeb il-mistoqsija tiegħek?

Sandra trid tkun taf fejn jinbagħtu s-Sorijiet...

Is-Soru tista' turi f'liema pajjiż tkun tixtieq tmur?

malawi_dumka_improved_latrine_sm1Iva, Sandra, tista' tgħid x'tixtieq, imma l-għażla finali ma tibqax f'idejha. Il-prinċipju kollu tal-ħajja ta' Missjunarja Medika ta' Marija hu li tagħti ħajjitha kollha lil Alla u tkun lesta li tmur taqdi l-poplu ta' Alla fejn l-iktar ikun hemm bżonnha. Imma djalogu dejjem isir, biex nassiguraw li s-Soru tkun għal qalbha, lesta anke li tirrisjkja ħajjitha, xi ħaġa li titlob ħafna kuraġġ! Aħna nistagħġbu kif dan dejjem jirnexxi tant tajjeb. Sister Dumka Michael, li tidher hawn, tgħid li ma kellha ebda preferenza fejn tintbagħat, għax ma kinetx taf ħlief bin-Niġerja u bil-Kenja, fejn studjat l-Amministrazzjoni fin-Negozju. Issa ilha snin mhux ħażin fil-Malawi, u qiegħda għal qalbha. Hawnhekk tidher qed tittestja apparat biex jaħslu idejhom barra mid-dar fil-kampanja.

Petronilla tixtieq taf fuq is-saħħa personali...

Nista' minħabba l-istat ta' saħħti ma nikkwalifikax?

motherhouse_2007Kif tista' tara mill-website tagħna, Petronilla, il-ħajja reliġjuża u dik missjunarja jesiġu ħafna minna. B'hekk ikunu meħtieġa kemm is-saħħa ġenerali u kemm is-saħħa psikoloġika jew mentali għal min irid jidħol mal-MMM. Saħħitha tkun fl-istess ħin parti mid-dixxerniment li tagħmel waqt in-Novizzjat, u fl-ewwel snin tal-formazzjoni. Imma darba jittieħdu l-aħħar voti, ħadd ma jintbagħat lura mħabba raġunijiet ta' saħħa. Xi darba jew oħra, aħna lkoll suġġetti għall-mard, u dawk is-Sorijiet li jkunu mardu jew xjaħu, isiru veru powerhouse ta' talb. Fir-ritratt tidher il-Motherhouse tagħna fl-Irlanda, fejn ħafna Sorijiet jirtiraw u jitolbu bla waqfien għall-missjonijiet tagħna u għal dawk li jagħtuna l-għajnuna.

Marija tixtieq taf iżjed dwar il-kuntatti ma' tal-familja

Kemm-il darba tista' Soru tiltaqa' mal-familja tagħha?

malawi_hbc_volunteers2_smDin mhix dejjem xorta - jiddependi miċ-ċirkustanzi. Waqt in-Novizzjat, mhux soltu li s-Sorijiet joħorġu mill-pajjiż, barra minn każi ta' mewt. Meta tkun fil-missjoni barra, tirranġa għal tliet xhur vaganzi kull tliet snin, li parti minnhom is-soltu tgħaddihom mal-familja. F'postijiet fejn il-klima hija ħarxa, jew ix-xogħol ikun iebes, dawn jieħdu xahrejn kull sentejn. F'ħafna każi, l-aħħar professjoni reliġjuża ssir fl-istess parroċċa ta' fejn toqgħod is-Soru. Sister Cecily Boudillon, li tidher fir-ritratt, hi t-tabiba reponsabbli għas-Saħħa Primarja f'Chipini fil-Malawi. Hija miż-Zimbabwe, imma l-familja tagħha mxerrda f'ħafna pajjiżi, u allura ma tarahomx ta' spiss. Imma hi waħda mill-ewwel Sorijiet li bdiet tuża l-email, sa mill-1990! Bil-komunikazzjonijiet moderni tal-lum, issibha ferm eħfef li żżomm kuntatt mal-familja tagħha.

Nilza ma taf xejn dwar il-kustjoni tal-lingwa...

Liema lingwi trid tkun taf? Hu meħtieġ li titkellem bl-Ingliż tajjeb? Liema lingwi jużaw is-Sorijiet meta jitkellmu man-nies tal-post?

malawi_kasina7b_sm1Dan hu punt importanti, Nilza! Il-lingwa uffiċċjali tal-Kongregazzjoni hija l-Ingliż. Xi wħud mit-tfajliet jiġu għandna b'Ingliż kemm jiddubbaw, imma jingħataw korsijiet biex isiru jitkellmu tajjeb qabel ma jibdew in-Novizzjat. Naturalment, li tgħix f'komunità fejn il-lingwa tintuża kuljum, dan jgħinek titgħallem! Ilsna oħra li jintużaw huma s-Swahili, il-Franċiż, l-Ispanjol, u l-Portugiż. Bħala missjunarji, is-Sorijiet jippruvaw ikunu profiċjenti fil-lingwa ewlenija tal-pajjiż fejn tkun il-missjoni tagħhom. Xi Sorijiet tgħallmu wkoll l-Afrikan ta' fejn ikunu jaħdmu minbarra l-ilsien uffiċċjali tal-pajjiż. Imma f'xi postijiet ikollok tinqeda bl-interpreti. F'din l-istampa, Sister Clara li tidher bilqiegħda hi nattiva tal-Malawi. Billi hija taf il-lingwa u l-kultura tal-post, hi ta' għajnuna kbira fil-ħidma tagħna fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Kasina. Sister Mary McNamara, li tidher bilwieqfa, tkun teħtieġ interpretu.

Joan għandha mistoqsija oħra: imnejn jiġu l-flus għal dan kollu?

Is-Sorijiet imnejn iġibu l-fondi?

kathie_shea_child_2008Hija r-responsabbiltà tal-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Kongregazzjoni u tat-Tim Ċentrali tat-Tmexxija li jassiguraw li jkun hemm fondi biżżejjed għall-programmi tagħna, u li l-fondi jkunu amministrati b'mod trasparenti. Kull qligħ li jagħmlu s-Sorijiet individwali jinqasam dejjem bejn kulħadd, imbagħad kull Soru tirċievi għotja żgħira personali fil-flus tal-post fejn tkun il-missjoni tagħha. Il-Kongregazzjoni tieħu ħsieb tħallas il-biljetti tal-ajru u l-bżonnijiet l-oħra kollha fejn is-Sorijiet ikunu fil-missjoni u jieħdu ħsieb il-morda. Fir-ritratt tidher Sister Kathie Shea mill-Istati Uniti li għandha Master's in Business Administration. Hi qiegħda fin-Niġerja u tivvjaġġa f'ħafna pajjiżi biex tgħin il-komunitajiet tagħna fejn jidħlu finanzi. Sorijiet li huma Business Administrators jippreżentaw il-proġetti tagħna lill-aġenziji li jipprovdulna l-fondi. Hemm nies oħra li jaħdmu ħafna magħna biex jgħinuna. Huma importanti ħafna wkoll id-donazzjonijiet li jsiru minn fuq l-internet. Min irid jista' jagħti donazzjoni issa!

Karina tistaqsi dwar ħidma ta' żvilupp...

Minbarra l-kura tas-saħħa, mis-sit elettroniku tagħkom jidher li xi MMMs huma involuti ħafna f'ħidma ta' żvilupp. Hekk hu?

hannelly_smHekk hu, Karina. L-iktar li naħdmu, fejn jidħol l-iżvilupp, huwa l-iżvilupp tal-mara, kif tagħmel il-qligħ, kif ikollok ilma tajjeb għax-xorb, u proġetti biex in-nies imantnu lilhom infushom. Ħafna drabi, fuq quddiem nett ikun hemm il-provvediment ta' ilma nadif. Naturalment, is-Sorijiet ma jkunux huma li jħaffru l-bjar, imma jaħdmu mill-qrib mal-uffiċċjali tal-gvernijiet tal-post u jkunu minn ta' quddiem li janimaw in-nies tal-post li jippjanaw tajjeb flimkien u jieħdu ħsieb il-proġett. Ħafna Sorijiet huma esperti kif iġibu l-fondi u kif isibu l-aħjar nies kwalifikati biex jagħmlu x-xogħol. Sister Dympna Hannelly, li hawn tidher f'Makondu fl-Uganda, hija esperta tas-saħħa komunitarja.

Teresa tistagħġeb jekk nistgħux nagħmlu differenza aħna fejn il-problemi huma daqshekk kbar...

Kif tistgħu tistennew li tagħmlu xi differenza fejn il-faqar u l-mard huma daqstant kbar fl-artijiet fejn taħdmu?

nkeiru_edochie_with_cabbageAra, Teresa. Għandek raġun tgħid li l-faqar issibu tant mifrux, u din tkun ir-raġuni li ħafna jkunu jbatu f'saħħithom. Imma jidhrilna li nkunu naħarbu mill-problema meta ngħidu li ma nistgħu nagħmlu xejn ta' siwi. Żewġ affarijiet kbar li nistgħu nħajru n-nies jeżaminaw huma l-livell ta' nutrizzjoni tagħhom u s-sorsi tal-ilma. L-istampa ta' fuq turi lil Sister Dympna li għenet biex jitħaffru għexieren ta' bjar fl-Uganda. Hawn tara wkoll lil Sister Nkeiru, li taħdem bħala ­nurse-midwife fiċ-Ċentru tas-Saħħa f'Zaffe, fir-Repubblika ta' Benin. Hija tieħu interess kbir fil-farm mudell li għandhom, u ċ-Ċentru tas-Saħħa jaħdem id f'id mal-bdiewa tal-post biex dawn itejbu l-metodi tagħhom. L-MMM taħdem ukoll f'ko-operazzjoni mal-magħruf Ċentru Songhai għall-Edukazzjoni tal-Iżvilupp.

Ciara ssaqsi dwar l-għajnuna waqt emerġenzi...

Hemm differenza bejn il-ħidma tagħkom u dik tal-aġenziji ta' għajnuna?

rwanda_kirambi_survey2Iva, Ciara, hemm differenza kbira ħafna! Aħna mmorru għand in-nies li jitolbuna ngħinuhom bil-problemi tagħhom tas-saħħa u nibqgħu magħhom, ngħaddulhom il-kapaċitajiet tagħna, imma nżommu f'moħħna li minn hemm irridu nitilqu għal postijiet oħra fejn inkunu meħtieġa. Dan xorta jista' jieħu għaxriet ta' snin! Ġie li morna f'poplu għax inqalgħet emerġenza, u bqajna magħhom ħafna wara li l-emerġenza għaddiet. Bħala eżempju hekk ġara fil-ġuħ li waqa' fil-każ tal-poplu tad-Deżert Turkana fl-1962. Fl-aħħar ħriġna minn hemm fl-2009! Eżempju ieħor huwa r-Rwanda. L-ewwel li morna hemm kien fl-1994 bi tweġiba għall-ġenoċidju, imma hemm għadna sal-lum. L-istampa turi lil Sister Helen Spragg, farmaċista mill-Ingilterra, taħdem fuq servej bażiku fir-Rwanda malli l-pajjiż għadda għal ċertu livell ta' normalità. Każ ieħor huwa l-Honduras. Hemm morna fl-1998 wara l-Uragan Mitch, u waqqafna żewġ missjonijiet fosthom, fejn is-Sorijiet għadhom jaħdmu flimkien mat-timijiet tas-saħħa tal-post. Ikollna wkoll xi Sorijiet li jistgħu jintbagħtu għal żmien qasir jaħdmu ma' aġenziji ta' emerġenza, fi żmien ta' ġuħ jew ta' diżastru.

Jekk ikollok xi mistoqsija dwar il-vokazzjoni ta' Soru MMM, tista' Tikkuntattjana u tirċievi minn għandna risposta personali.

Search...