L-MMM u l-Ispiritwalita Benedittina

glenstall_abbey_gateway1Fl-1934, il-Fundatriċi tagħna, Marie Martin, kienet tfittex bi ħrara dar għall-grupp ċkejken ta' nisa li wrew interess fix-xewqa tagħha li twaqqaf kummissjoni medika missjunarja ta' Sorijiet. Issaħħret wara l-idea li jkunu jistgħu jgħinu l-monaċi ta' Glenstal - dawn kienu għaddejjin minn għadd ta' diffikultajiet domestiċi fl-iskola residenzjali li kienu għadhom kemm fetħu - u jieħdu l-formazzjoni spiritwali magħhom bħala ħlas.

Id-direttur spiritwali tagħha, Fr Hugh Kelly SJ, kien qed iħammem kemm it-taħriġ fil-ħajja Benedittina seta' jagħti tifsila monastika u liturġika lil spiritwalità ta' istituzzjoni li qabelxejn kellha tkun waħda ta' ħajja apostolika.

founder_small1Marie ħarset minn angolu għal kollox differenti. Għaliha hemm differenza bejn l-ispirtu u l-prattika tal-ispiritwalità Benedittina. Kienet studjat il-kitbiet tal-monaku Irlandiż magħruf l-abbati Dom Columba Marmion. Xtaqet li tlaqqam is-soċjetà ġdida missjunarja tagħha fi tradizzjoni spiritwali qadima li ilha ppruvata għal mijiet ta' snin. L-ispirtu tar-Regola ta' San Benedittu jagħti preċiżament dik il-libertà u fl-istess ħin dak l-impenn li kienu meħtieġa biex tintlaħaq il-viżjoni ta' kongregazzjoni medika missjunarja. Ir-regola trid tiġi intersjata fil-Kostituzzjonijiet tal-MMM.

sr_m_patrick_leydonMeta Nora Leydon iltaqgħet ma' Marie Martin, kellha sebgħa u għoxrin sena. Minn Kilmactranny, Co. Sligo, kienet taħdem ta' Segretarja ta' Fr. Patrick Whitney, tas-Soċjetà Missjunarja ta' San Patrizju li kienet għadha kemm twaqqfet. Fid-19 ta' Marzu, 1934, meta Nora waslet Glenstal biex tingħaqad ma' Marie, il-qalba tal-Kongregazzjoni tal-MMM futura bdiet tieħu s-sura. Kien jonqos tliet snin oħra biex tkun imwaqqfa b'mod formali.

Ftit żmien wara, Bridie O'Rourke waslet fi Glenstal. Ħadet l-isem ta' Swor M. Magdalen u kienet involuta fil-promozzjoni tal-ħidma għall-MMM sa tmiem il-ħajja twila tagħha. Mietet fil-11 ta' Novembru, 2008. Dejjem kienet tgħid li kien l-eżempju tal-monaċi li kien jimpressjonaha ħafna, iktar mir-Regola nfisha. Ftit taż-żmien ilu hija kitbet dwar L-Ispiritwalità tal-Ħajja Benedittina: ix-Xhieda Personali.

sr_m_immaculata_nicholsCarrie Nicholas twieldet f'Dublin u tgħammdet fil-Knisja ta' St Paul's on Arran Quay, l-istess parroċċa fejn kien tgħammed Dom Marmion - kif fakkritna kemm-il darba. Kellha biss tmintax-il sena meta saret taf li kien il-ħsieb li titwaqqaf il-Kogregazzjoni medika missjunarja. Ingħaqdet mal-grupp ċkejken ta' pijunieri fi Glenstal fl-1936. L-ispirtu ta' San Benedittu saħħrilha l-qalb tagħha żagħżugħa.

Il-komunità ċkejkna ftit ftit bdiet tikber u kienet tipprovdi għajnuna siewja lill-Monaċi huma u jwaqqfu l-Iskola Residenzjali ġdida tas-Subien fi Glenstal. Imabgħad, fil-11 ta Frar 1936, il-Vatikan ħareġ id-digriet li Marie Martin kienet ilha tistenna għal kważi għoxrin sena. Minn dak il-ħin, ir-reliġjużi nisa kellhom il-permess, anzi kienu mħeġġa, li jidħlu għall-obstetrija u biex imexxu operazzjonijiet. Saflaħħar il-bieb kien miftuħ biex jitwaqqfu l-Missjunarji Mediċi ta' Marija.

Kien wasal iż-żmien li jitilqu mill-benniena spiritwali li kien ipprovda Glenstal għal din is-soċjetà missjunarja. Fi ftit xhur, il-grupp kien qed iħejji ruħu għall-Afrika. Imma r-rabta bejn il-Missjunarji Mediċi ta' Marija u l-Monasteru Benedittin fi Glenstal kellha tibqa' matul is-snin ta' wara.

Search...