Passi biex issir Soru MMM

madeleine-a1L-ewwel pass biex tidħol Soru MMM hu li tara liema Direttriċi tal-Vokazzjoni tkun l-eqreb lejk. Jekk dan jinteressak, ikkuntattjana, u għidilna f'liema pajjiż toqgħod, u aħna nagħmluk f'kuntatt mad-Direttriċi tal-Vokazzjoni li hi l-iktar qrib tiegħek. 

Ladarba tkun f'kuntatt mad-Direttriċi tal-Vokazzjoni, għal xi żmien dina tgħinek tiċċara sew is-sejħa tiegħek. Jekk taqblu t-tnejn u temmnu li l-MMM hija s-sejħa tajba għalik, isiru arranġamenti biex inti ssirlek intervista formali. Fuq il-lemin tidher Sister Madeleine le Blanc, li tieħu ħsieb il-Vokazzjonijiet fl-Istati Uniti. Jekk tkun tgħix fl-USA jew il-Kanada tista' tibgħatilha email hawn, This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.

ugwuliri_teresaIt-tieni perijodu huwa wieħed ta' Postulanza, li kemm jieħu żmien ivarja minn ftit xhur għal sena jew iktar. Ftit minn dan iż-żmien tgħaddih tgħix f'komunità ta' Sorijiet MMM li ġa għamlu l-Professjoni. L-istampa fuq il-lemin turi lil Sister Teresa Ugwuliri. Wara għadd ta' snin fil-missjoni fil-Malawi, hija reġgħet lura fin-Niġerja fejn illum hija responsabbli mill-komunità tal-postulanti ta' dak il-pajjiż huma u jitgħallmu fuq il-ħajja u l-isfidi reali li jridu jiffaċċaw fil-ġejjieni bħala MMM.

It-tieni pass għal kandidata li trid tippersevera fis-sejħa huwa n-Novizzjat. L-ewwel Sena hi magħrufa bħala Sena Spiritwali.   Din hija sena ta' ħafna talb u studju profond tal-istorja u l-kariżma tal-MMM kif ukoll tal-Missjoni tal-Knisja fid-dinja.

Fit-tieni sena tan-Novizzjat, il-ħajja ta' talb u studju tiġi msieħba ma' ftit esperjenza attiva fil-ministeru qalb il-fqar. In-Novizzjat is-soltu jinkludi wkoll sehem fi grupp ta' studju li jsir bejn Kongregazzjonijiet diversi. Dan ikun żmien ta' iktar riflessjoni u iktar tagħlim, fejn titħallat ma' nisa u rġiel membri ta' Kongregazzjonijiet oħra reliġjużi, u fejn tista' tikseb tagħrif ikbar tiegħek innifsek, tal-iżvilupp uman, u tiskopri ispirazzjoni ikbar dwar l-ispiritwalità u l-ħajja fil-missjoni.

dervilla_crop1Fil-mument għandna żewġ Novizzjati, wieħed f'Nairobi, fil-Kenja, u ieħor f'Ibadan, fin-Niġerja. Imma l-Formazjoni tagħna tibqa' tiġi riveduta kontinwament.

Ftit tas-snin ilu, tlabna lid-Direttriċi ta' kull Novizzjat jgħidulna Min Għandu l-Kuraġġ isir MMM? It-tweġiba tagħhom kienet mimlija sfidi. Biex taqra t-tweġibiet tagħhom, ikklikkja hawn. Sister Dervilla O'Donnell, li tidher fuq il-lemin, hija waħda mill-awturi ta' dik ir-riflessjoni.

It-tielet pass jiġi wara li jintemm in-Novizzjat u jkun sar assessjar b'suċċess. Hawn is-Soru tagħmel l-Ewwel Professjoni tal-Voti tagħha. Dan ikun impenn temporanju li fih is-Soru ġġedded il-voti tagħha reliġjużi ta' kull sena. Matul is-snin tal-voti temporanji, is-Sorijiet jintbagħtu f'waħda mill-missjonijiet tagħna. Huwa normali li wħud jaslu għad-deċiżjoni li l-ħajja ta' Soru MMM ma hix l-aħjar għażla għalihom. Dawn li ma jkomplux f'din it-triq iħossu li dak li tgħallmu kien imprezzabbli u jibqgħu ħbieb ta' ġewwa wkoll jekk il-ħajja teħodhom f'direzzjonijiet oħra.

Search...