Is Sejha MMM

Is-sejħa biex issir Missjunarja Medika ta' Marija jagħmilha Alla. Il-Kostituzzjonijiet tagħna jgħidu, 'Inti msejħa għal avventura mhux tas-soltu..."

Il-missjoni tagħna hi avventura ta' fidi li tista' teħodna f'xi postijiet tassew 'il bogħod fid-dinja. Ladarba nkunu hemm, nagħmlu ħilitna biex nuru l-imħabba li Alla għandu għall-bnedmin bil-ħidma tal-fejqan, kif kienjagħmel Ġesù fid-dinja. Fil-qalba tal-kariżma tagħna ta' fejqan hemm attenzjoni speċjali għas-saħħa tal-ommijiet u ta' wliedhom.

Dan jista' jseħħ fl-isptarijiet, fiċ-ċentri tas-saħħa, jew ma' gruppi tas-saħħa fil-parroċċi fost in-nies tal-post. Minbarra s-Sorijiet li huma kwalifikati fi professjonijiet relatati mas-saħħa, il-missjoni MMM teħtieġ ukoll Sorijiet kwalifikati fit-teoloġija, f'business administration, IT, eċċ. Fil-fatt, ma hemmx talenti li ma tistax tagħmel użu tajjeb minnhom mal-Missjunarji Mediċi ta' Marija.

L-ispiritwalità tagħna hi mwaqqfa fuq it-tradizzjoni qadima ta' San Benedittu. Għalkemm aħna attivi ħafna fid-dinja, inħabirku li f'qalbna nkunu kontemplattivi. Il-motto tal-MMM hu Bil-pedament u l-għeruq fl-imħabba (Efes 3:17).

Dikjarazzjoni ta' Għanijiet: Bħala Missjunarji Mediċi ta' Marija, f'dinja kollha firda u vjolenza, aħna nisa qed jaqbdu bl-imħabba li tfejjaq ta' Alla. F'taqbida mal-uġigħ u d-dgħufija tagħna nfusna, immorru għand popli ta' kulturi diversi, fejn l-iktar hemm il-ħtieġa. It-twemmin tagħna li l-ħolqien kollu ta'Alla hu marbut flimkien jimbuttana lejn fejqan sħiħ u lejn rikonċiljazzjoni, ġustizzja u sliem.

Fejn issibna: Fis-Sit Ewlenija ssib f'liema pajjiżi hemm il-komunitajiet tagħna. Bħalissa qegħdin madwar 400 Soru MMM, ġejjin minn 16-il pajjiż differenti.

Issir taf ħafna iktar dwar il-ħajja ta' Missjunarja Medika ta' Marija jekk taqra t-tweġibiet tagħna għall-Mistoqsijiet li tant tfajliet żgħażagħ jistaqsuna. Jekk inti tħoss li Alla qed isejjaħlek għal MMM, tista' ssib xi trid tagħmel biex issir MIssjunarja Medika ta' Marija.

Tista' taqra iżjed mill-esperjenza vasta tad-Direttriċi tal-Vokazzjonijiet MMM, Sister Jo Anne Kelly

Żewġ Direttriċi tan-Novizzji jwieġbu għall-mistoqsija Min jissogra jidħol MMM?

Ikkuntattjana bil-mistoqsijiet tiegħek. Nieħdu gost tassew nisimgħu mingħandek! U nibagħtulek tweġiba personali.

Mhux kulħadd hu msejjaħ biex jidħol Soru. Alla jsejjaħ oħrajn biex jagħmlu l-parti tagħhom fi ħdan il-Familja Estiża tagħna. Mhux bilfors trid taqbeż bil-paraxut biex tiġborilna l-fondi, kif għamel Chris Hemsley! Kull membru fil-familja MMM għandu l-mod tiegħu kif jinvolvi ruħu - u lkoll jagħmlu differenza. Inti xi tgħid?

Tista' ssib iżjed kif tingħaqad mal-Familja Estiża MMM billi tagħfas fuq il-links ta' hawn taħt.

Search...